SEJĦA GĦALL-VOLUNTIERI FIL-KENYA

 

SEJĦA GĦALL-VOLUNTIERI FIL-KENYA

Mill-ahhar gimgha ta’ Awissu (20 ta’ Awissu 2013) sal-ewwel gimgha ta’ Settembru (7 ta’ Settembru 2013 ; jum qabel il-Vitorja) ser isir Proġett ta’ Xogħol volontarju fil-Kenya, l-Afrika. Din hija “hands on experience” għal min qed ifittex il-valur f’kulturi u f’popli differenti mill-Kultura Maltija. Ħafna minna tismagħhom jgħidu “min dejjem kelli x-xewqa li mmur nagħmel xogħol volontarju f’pajjiż li qed jiżviluppa, imma qatt ma kelli ċ-cans li mmur”. Issa għandek l-opportunita’ li twettaq ix-xewqa tiegħek. L-esperjenza li diġa’ ghamilna fin-Niġerja u fl-Albania kienet is-suċċess li kienet grazzi ghall-għajnuna ta’ bosta.

Dan hu l-kontribut tagħna biex inħarsu d-drittijiet tal-Minoranzi u ngħinu biex tinħoloq klima ta’ għarfien tal-valuri ta’ kull persuna – irrispettivament mill-kulur tal-ġilda, orjentament sesswali, reliġjon u kultura. Kull persuna għandha sehemha fil-bini ta’ soċjeta’ ġdida. Propju fid-diversita’ ta’ kull waħda u wieħed minna li s-soċjeta’ tagħmel progress fl-idejat u l-mod kif torganizza lilha nnifisha. Fost il-bosta inizjattivi biex nilħqu din l-unita’ fid-diversita’, qed ninnkuraġixxi inizjattivi mhux biss ta’ edukazzjoni tal-moħħ u l-qalb imma wkoll esperjenzi ta’ ħajja fid-diversita’. Huwa biss meta nagħmlu esperjenza ta’ ħajja ma’ min hu divers li tibda l-isfida prattika biex nitgħallmu minn xulxin. Din il-“hands on experience” ser tgħinna biex niffaċċjaw ir-realta’ ta’ min il-ħajja jgħixha differenti minna, fi klima differenti, b’lingwa differenti, fil-mod ikkulurit li jilbsu, jieklu, jirraġunaw, jemmnu u jgħixu. Wara din l-opportunita’, meta niġu lura, ser nirritornaw b’esperjenza diversa minn dak li konna naħsbu mill-kotba u l-istejjer li nisimgħu. Ser ikollok opportunita’ li taqsam l-esperjenza tiegħek ma’ min jixtieq jibni soċjeta’ maltija diversa, mimlija mogħdrija u għaqda.

Meħtieġa: Team ta’ Tobba u Nurses; Team ta’ Bennejja/Nies tas-Sengħa; Team ta’ Żgħażagħ

Il-Post: Matuu, periferija ta’ Nairobi, Kenya; Djocesi ta’ Embu

L-ispiża: Bl-Egypt Air (Malta-Kajr-Nairobi -Malta) €590 -il persuna; plus ‘donation’ tal-akkomodazzjoni u ikel u insurance

Laqgħat ta’ Tagħrif u Bini tat-Team tal-Volontiera: Kull nhar ta’ Tlieta mis-7 sad-9 pm f’Project Hall, Floriana ,(ma’ ġenb il-HQ tal-Pulizija).

Contact Person: Fr Colin Apap, Moviment Era Ġdida (cempel jew sms 7999 14 59) jew email: nicholas6346@gmail.com

Ezercizzi B’ Differenza 2013 – Silence

Ezercizzi B’ Differenza 2013 – Clip 1

Ezercizzi B’ Differenza 2013 18-23 March at the Project Hall , Floriana

Ezercizzi B’ Differenza 2013 18-23 March at the Project Hall , Floriana

This year’s Ezercizzi B’ Differenza will start on Monday 18th March till Saturday 23th March, from 19:00-21:00 at the Project Hall , Floriana

I hope to see you all there !

Ezercizzi B’ Differenza 2013

Ezercizzi B’ Differenza 2013

invWhen : 18 –  23 March

Time :  19:00 – 21:00

Where: Project Hall , Floriana (Near Police Head Quarters)

This year’s Ezercizzi B’ Differenza will start on Monday 18th March till Saturday 23th March.

I hope to see you all there !

Click to confirm your attendance to Ezercizzi B' Differenza  Click here to confirm your attendance

Email: nicholas6346@gmail.com

eragdida@gmail.com

Facebook: https://www.facebook.com/colinapapii

https://www.facebook.com/colinapap

Website: http://eragdida.wordpress.com/

http://frcolin.blogspot.com/

http://gloria.tv/?user=38109

http://www.youtube.com/user/eragdida

Divorzjat? Separat/a? Single? Trid tiltaqa’ ma’ Hbieb?

meglogo

Divorzjat? Separat/a? Single? Trid tiltaqa’ ma’ Hbieb?

Nixtieq nistiednek, lilek u lil hbieb tieghek ghal-laqgha li ser naghmlu ghal min irid isib support group biex ikompli jghix hajtu wara l-esperjenza ta’ divorzju, separazzjoni, jew single….

META: Nhar it-Tlieta, 5 ta’ Frar 2013

FEJN: Project Hall, Floriana (mal-genb tal-HQ tal-Pulizija, quddiem is-CID)

HIN: 6.45 PM sad-9.00 pm

GHAL MIN: DIVORZJATI, SEPARATI, SINGLES…u l-hbieb taghhom.

L-EWWEL LAQGHA SER NARAW LIEMA HUMA L-BZONNIJIET TAGHNA U NIBNU FLIMKIEN PROGRAMM TA’ ATTIVITAJIET BHAL IKLIET, OUTINGS, CULTURAL TOURS, LAQGHAT, SPEAKERS etc etc

L-iskop hu li nitghallmu kif ingibu ruhna quddiem is-solitudni…kif tireagixxi biex ma tibqax imwahhla mal-passat u timxi ‘l quddiem… imma l-iktar biex nibnu team tajjeb biex nghinu lil xulxin….irgiel u nisa…

Naraw liema isem ser naghtu l-Grupp: 40 Minus jew 40 Plus ?

CONTACT: Fr Colin permezz ta’ sms jew cempel 7999 14 59 jew e-mail nicholas6346@gmail.com
Din hija inizjattiva ohra tal-MOVIMENT ERA GDIDA. http://eragdida.wordpress.com

Narakom!

Fr Colin – Dieqa fi- zmien il- Milied

Follow

Get every new post delivered to your Inbox.

Join 663 other followers

%d bloggers like this: